Imblokka Siti tal-Logħob tal-Azzard Onlajn



Bla Ħlas għal Kulħadd, Kullimkien
Kalendarju - Fassal restrizzjoni bil-quddiem
M'hemmx Bżonn Reġistrazzjoni
Setup f' Żewġ Minuti
Ikseb l-App
Segwi kif tuża

BetBlocker hija organizzazzjoni karitattiva rreġistrata fl-Iskozja. Hi ffinanzjata kompletament minn għotjiet ta' karità u nixtiequ nirringrazzjaw b'mod speċjali lil dawk il-partijiet li jgħinu biex jiffinanzjaw dan is-servizz.

86.3k +

Siti Mblokkati

1.5k +

Apps Imblokkati

11.3k +

Tagħmir Attiv

Setup f' Żewġ Minuti
L-installazzjoni ta' BetBlocker tieħu żewġ minuti. Ladarba tkun installajt l-app,
ikollok aktar minn 86,300 websajt ta' logħob tal-azzard imblokkati.
Bla Reġistrazzjoni
M'għandekx għalfejn tagħtina informazzjoni personali. Dan is-servizz jista’ jintuża b’mod anonimu.
Installazzjoni
BetBlocker jista' jiġi installat f'żewġ minuti
Auto Running App
BetBlocker jopera fis-skiet fl-isfond tal-apparat teknoloġiku tiegħek.
BetBlocker - Hemm biex jissapportjak meta r-rieda tiegħek waħedha ma tkunx biżżejjed
BetBlocker qiegħed hawn biex jgħinek, jew lill-maħbubin tiegħek, tiżguraw li tkunu tistgħu timmaniġġjaw l-aċċess għal-logħob tal-azzard b'mod sigur u xieraq. Kemm jekk dan ifisser li tirrestrinġi kompletament, jew li tillimita f'perjodi meta tħossok l-aktar vulnerabbli, BetBlocker jista' jgħin.
BetBlocker qiegħed hawn biex jgħinek, jew lill-maħbubin tiegħek, tiżguraw li tkunu tistgħu timmaniġġjaw l-aċċess għal-logħob tal-azzard b'mod sigur u xieraq. Kemm jekk dan ifisser li tirrestrinġi kompletament, jew li tillimita f'perjodi meta tħossok l-aktar vulnerabbli, BetBlocker jista' jgħin.
Ipproteġi t-tagħmir kollu tiegħek bla ebda ħlas
Ipproteġi t-tagħmir kollu tiegħek bla ebda ħlas
BetBlocker hi organizzazzjoni karitattiva rreġistrata fir-Renju Unit, li toffri servizz t'appoġġ bla ħlas intiz li jgħin nies madwar id-dinja. BetBlocker jista' jiġi installat malajr u b'mod faċli u nistiednuk tinstallah fuq kull apparat diġitali li inti għandek.
Segwi kif tuża
BetBlocker jieħu inqas minn żewġ minuti biex jinstalla. Segwi l-filmat dwar l-installazzjoni
BetBlocker jieħu inqas minn żewġ minuti biex jinstalla. Segwi l-filmat dwar l-installazzjoni
BetBlocker - Immaniġġja l-Logħob tal-Azzard tiegħek b'mod Responsabbli
BetBlocker - Immaniġġja l-Logħob tal-Azzard tiegħek b'mod Responsabbli
BetBlocker mhux intiż biss għal dawk li għandhom bżonn iwaqqfu l-logħob tal-azzard kompletament, iżda jgħinek ukoll biex timmaniġġja l-logħob tal-azzard b'mod responsabbli. Is-servizz tal-Kalendarju tagħna jippermettilek tagħżel meta tattiva jew tneħħi r-restrizzjoni u b'hekk tiżgura li tkun fil-kontroll f'kwalunkwè ħin.
Kontroll tal-Ġenituri - Ipproteġi l-Uliedek
BetBlocker joffri wkoll l-għażla li tinstalla l-Kontrolli tal-Ġenituri, li jippermettulek tirrestrinġi l-aċċess, kemm għal-logħob tal-azzard, kif ukoll għal kontenut ieħor intiz għall-adulti waqt li t-tfal tiegħek ikunu qed jużaw apparat diġitali. Tista' wkoll tiddiżattiva r-restrizzjoni meta tkun tixtieq tibbrawżja.
BetBlocker joffri wkoll l-għażla li tinstalla l-Kontrolli tal-Ġenituri, li jippermettulek tirrestrinġi l-aċċess, kemm għal-logħob tal-azzard, kif ukoll għal kontenut ieħor intiz għall-adulti waqt li t-tfal tiegħek ikunu qed jużaw apparat diġitali. Tista' wkoll tiddiżattiva r-restrizzjoni meta tkun tixtieq tibbrawżja.
Aqsam l-Istorja Tiegħek Magħna
Aqsam l-Istorja Tiegħek Magħna
BetBlocker għenek jew lil xi ħadd qrib tiegħek? Aqsam l-istorja tiegħek magħna biex tinkoraġġina! U jekk ma' tiddejjaqx li nippubblikaw l-istorja tiegħek (dejjem bil-kunsens espliċitu tiegħek u ankè nneħħu d-dettalji personali tiegħek), tkun qed tgħin lil oħrajn li bħalek jistgħu jibbenefikaw minn BetBlocker.
Tista' taqra l-esperjenzi ta' diversi utenti hawn.
BetBlocker - Parti mis-Soluzzjoni għal kontra l-Logħob tal-Azzard Problematiku
BetBlocker hija l-aqwa deċiżjoni biex tgħin lilek innifsek tikkontrolla l-logħob tal-azzard. Iżda l-App hi ferm aktar effettiva meta tiġi abbinata ma' servizzi ta' sapport oħrajn. Ara liema organiżżażjonijiet jistgħu joffrulek sapport fil-pajjiż fejn tgħix:
Direttorju ta' Logħob Responsabbli
BetBlocker hija l-aqwa deċiżjoni biex tgħin lilek innifsek tikkontrolla l-logħob tal-azzard. Iżda l-App hi ferm aktar effettiva meta tiġi abbinata ma' servizzi ta' sapport oħrajn. Ara liema organiżżażjonijiet jistgħu joffrulek sapport fil-pajjiż fejn tgħix:
Direttorju ta' Logħob Responsabbli
Issuġġerixxi Siti oħrajn
Daħħal il-url komplut fl-ispazju t'hawn taħt biex tivverifika jekk jinsabx fil-lista ta' siti ristretti tagħna, jew jekk għandekx bżonn xi sapport ta' natura teknika!
Fittex
Itlob Għajnuna Teknika
Ħdimna qatigħ biex nagħmlu l-użu ta' BetBlocker faċli u intuwittiv biex jiġi installat. Madankollu, jekk tiltaqa' ma' xi problema, l-ewwel ikkonsulta mal-gwidi tagħna biex issolvi d-diffikultà u jekk ma jirnexxilekx, ikkuntattja lit-tim tagħna direttament.Tista' tuża l-formola t'hawn taħt jew ibagħtilna imejl fuq [email protected]. Nitolbuk tgħidilna t-tip ta' apparat li qed tuża u l-verżjoni tal-app (tista' tinstab fil-qiegħ tal-iskrin meta l-App tkun miftuħa).



Mistoqsijiet Komunii Rigward BetBlocker
Kemm jiswa BetBlocker?
Assolutament b’xejn u għal-dejjem! Il-vizzju tal-logħob tal-azzard hija kundizzjoni serja u waħda li normalment tkun assoċjata ma’ pressjonijiet finanzjarji. Bl’oppost tal-kompetituri tagħna ma nemmnux li huwa sew li nitolbu ħlas mingħand dawk li diġà għandhom kwistjonijiet finanzjarji biex jiksbu l-għajnuna li jeħtieġu biex jikkontrollaw il-kundizzjoni tagħhom. Ma’ rridux nipprofittaw minn dawk li għandhom kwistjonijiet ta’ dipendenza.
Għal xiex jintuża l-Kontroll tal-Ġenituri f’BetBlocker?
Ħafna ġenituri llum jinkwetaw dwar il-kontenut li jistgħu jaċċessaw it-tfal tagħhom waqt li qed jibbrawżjaw l-internet. Filwaqt li l-iskop primarju ta’ BetBlocker huwa li jgħin lil-lagħba problematiċi jikkontrollaw l-attività eċċessiva tal-logħob tal-azzard tagħhom, aħna nipprovdu wkoll għodda biex ngħinu lill-ġenituri jikkontrollaw is-siti li t-tfal tagħhom jistgħu jaċċessaw onlajn. Din l-app tippermetti lill-ġenituri jdaħħlu URLs speċifiċi li ma jridux li t-tfal tagħhom ikollhom aċċess għalihom.
X’tagħmel Restrizzjoni mil-Logħob tal-Azzard f’BetBlocker?
Meta tissettja Restrizzjoni mil-Logħob tal-Azzard f’BetBlocker, l-App awtomatikament tirrestrinġi t-tagħmir tiegħek milli jaċċessa kwalunkwè URL tal-operaturi tal-logħob tal-azzard fid-dejtabejż tagħna. Aħna naġġornaw din id-dejtabejż kull ġimgħa biex niżguraw li tiġi offruta l-protezzjoni massima possibbli.
Nista’ nneħħi Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard wara li tkun bdiet?
Il-vizzju tal-logħob tal-azzard hu kundizzjoni li hi komunament assoċjata ma’ inkapaċità li tikkontrolla l-impulsji ta’ tqegħid ta’ mħatri. F’dan il-każ, din l-għodda tkun ineffettiva biex tipprevjeni milli terġa’ taqa’ jekk tkun tista’ tiddiżattivaha waqt Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard. Bħala tali, ladarba Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard tkun ġiet attivata ma tistax titneħħa. Aħna nagħmlu ħilitna kollha biex niżguraw li BetBlocker jagħmilha kemm jista’ jkun diffiċli li titneħħa waqt perjodu ta’ Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard u t-Tim ta’ Appoġġ għall-Utenti tagħna bl’ebda mod mhu se jgħinek biex tneħħi l-App waqt li jkun hemm restrizzjoni fis-seħħ.
Kif jaħdem il-Kontroll tal-Ġenituri?
Is-sistema tal-Kontroll tal-Ġenituri hi faċli ħafna biex tużaha u malajr tissetjaha. Sempliċiment installa BetBlocker, agħżel Kontrolli tal-Ġenituri u segwi l-proċess biex tiddeċiedi liema URLs tixtieq tirrestrinġi. Meta tattiva l-App ir-restrizzjonijiet jiġu stabbiliti.
La BetBlocker huwa b’xejn, għandi nara ħafna reklami biex nużah?
Le. BetBlocker qatt ma jirreklama l-ebda prodott jew servizz. Huwa kompletament bla ebda reklamar.
Irrid nirrestrinġi t-tagħmir elettroniku tiegħi milli jaċċessa operaturi tal-logħob tal-azzard. Nista’ nuża l-Kontrolli tal-Ġenituri biex ngħamel dan?
Iva. Waħda mill-għażliet meta tkun qed tissettja l-Kontrolli tal-Ġenituri hi jekk tixtieqx tinkludi jew le l-lista tas-siti tal-operaturi tal-Logħob tal-Azzard tagħna. Filwaqt li ma’ niggarantux li din il-lista hija eżawrjenti, però tirrappreżenta parti kbira minn dawk l-operaturi li huma l-aktar popolari bħalissa. Barra minn hekk il-lista tiġi aġġornata kull ġimgħa.
Min waqqaf BetBlocker u għaliex?
Sfortunatament numru ta’ persuni malizzjużi fis-settur tal-logħob tal-azzard iddikjaraw b’mod qarrieqi li ħolqu, jew huma b’xi mod assoċjati ma’ BetBlocker.

BetBlocker twaqqfet mis-servizz ta’ Riżoluzzjoni Alternattiva ta’ Tilwim (ADR) ThePOGG fl’2017. Jekk tisma lil xi ħadd ieħor jgħid li waqqaf BetBlocker, dan mhux minnu u qarrieqi. Dan is-servizz jamministra l-ilmenti bejn il-ġukaturi u l-operaturi tal-logħob tal-azzard onlajn f’isem numru ta’ aġenziji regolatorji. BetBlocker ġie stabbilit bħala mod kif jgħin lil dawk il-ġukaturi li waslu għas-servizz b’ilment ibbażat fuq il-logħob tal-azzard responsabbli, speċifikament minħabba li l-ADR kienet ferm skomda tidderiġi lil dawk bi problemi ta’ dipendenza fuq il-logħob tal-azzard għal servizzi ta’ mblokkar bi ħlas.

Fl-2019, wara żieda sinjifikanti fid-domanda għall-użu ta’ BetBlocker, ġie deċiz li ma kienx finazjarjament sostenibbli li jitkompla jitħaddem bħala parti mis-servizz ta’ Riżoluzzjoni Alternattiva ta’ Tilwim (ADR). Għaldaqstant, BetBlocker ġiet imneħħijja mil-parti kummerċjali u ġiet irreġistrata bħala organizzazzjoni karittattiva. Minn hemm ’il quddiem BetBlocker bdiet tkun iffinanzjata permezz ta’ għotjiet mingħand diveri operaturi assoċjati mal-industrija tal-logħob tal-azzard. Dan il-pass wassal biex l-influss ta’ finanzjar ghal dan il-proġett ikompli jtejjeb il-funzjoni tal-App innifisha kif ukoll is-servizz t’appoġġ disponibbli għal dawk li jeħtieġuħ.

Filwaqt li BetBlocker illum huwa entità legali individwali, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għadhom dawk l-istess nies li nedew dan is-servizz. Il-Bord ta’ Trustees huwa kompost minn membri varji tat-tim tas-servizz ta’ Riżoluzzjoni Alternattiva ta’ Tilwim (ADR). BetBlocker għandu numru ta’ impjegati, iżda dawk li jaħdmu fis-servizz ta’ Riżoluzzjoni Alternattiva ta’ Tilwim (ADR) ma jirċievu l-ebda rinumerazzjoni mingħand BetBlocker. Id-Dokumenti Governattivi tal-Karità jipprekludu kwalunkwè mit-Trustees li jservi bħala impjegat tal-karità. Bħala tali, il-Bord tat-Trustees li jamministra s-servizz huwa kompost minn individwi li jagħtu minn ħinhom b’mod liberu għall-proġett.

Jekk għandek bżonn tikkuntattja lill-Bord tat-Trustees direttament tista’ tilħaq lis-Sur Duncan Garvie fuq [email protected]. Talbiet għall-appoġġ fuq dan l-indirizz elettroniku mhux se jirċievu tweġiba.
Tista’ tneħħi Restrizzjoni mil-Logħob tal-Azzard wara li tkun attivajtha?
Le. Ladarba tkun attivajt Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard, l-uniku mod biex tintemm huwa li tistenna sakemm il-perjodu ta’ Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard li għażilt ikun konkluż. Għal raġunijiet etiċi u l-protezzjoni tal-lagħba problematiċi, it-tim ta’ appoġġ tagħna fl-ebda ċirkostanza mhu se jgħin utent biex ineħħiAwto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard.
Nixtieq inwaqqaf lil uliedi milli jaċċessaw siti li jipprovdu informazzjoni dwar jew jirreklamaw il-logħob tal-azzard. BetBlocker jista’ jagħmel dan?
Sa ċertu punt iva. Illum hemm litteralment mijiet ta’ eluf ta’ websajts li jipprovdu informazzjoni dwar il-logħob tal-azzard onlajn. Mhux prattiku li tiġġenera jew tinżamm lista komprensiva ta’ dawn is-siti kollha. L-alternattiva għall-ġenerazzjoni ta’ lista bħal din hija li tuża keyword blocker - dan jimblokka kwalunkwè paġna li fiha kliem speċifiċi li huma komunement użati fuq websajts relatati mal-logħob tal-azzard. Din l-istrateġija tirriżulta f’numru kbir ta’ riżultati ’pożittivi foloz’, siti li jiġu mblokkati mingħajr ma’ jkunu assoċjati mal-logħob tal-azzard, iżda li użaw ċertu kliem li jqarraq bil-key blocker biex jikkategorizzah bħala sit tal-logħob tal-azzard. Din l-istrateġija hija intrużiva ħafna u tista’ tirriżulta f’ħafna riżorsi edukattivi ta’ kwalità għoljin ma’ jkunux aċċessibbli. Ipprovajna nsibu t-triq tan-nofs billi ma’ nużawx keyword blocker, iżda ħriġna b’lista b’mijiet ta’ siti ta’ informazzjoni u promozzjoni dwar il-logħob tal-azzard li huma l-aktar mfittxijin fil-paġna ewlenija ta’ Google (bil-lingwa Ingliża). Ovvjament din il-lista mhix eżawrenti, però nħossu li din tagħti punt ta’ tluq lill-ġenituri biex jipprevjenu lit-tfal tagħhom milli jaċċessaw siti mhux xierqa.
Kemm il-darba nista’ ninstalla BetBlocker?
Tista’ tinstalla BetBlocker kemm-il darba tixtieq, fuq kemm-il tagħmir elettroniku trid, kif ukoll fuq kwalunkwe pjattaforma li tixtieq. M’hemm ebda limitu ta’ dan.
Ghal kemm żmien nista’ nimplimenta r-restrizzjoni?
BetBlocker joffrilek il-possibilità li timblokka lilek innifsek għal perjodu stabbilit jew inkella f’dati speċifiċi. Ir-restrizzjoni għal perjodu stabbilit hi sempliċi ħafna: Kemm tagħżel il-perjodu ta’ żmien li tixtieq twaqqaf l-aċċess tiegħek u tattiva r-restrizzjoni tiegħek.
L-imblokk jibqa’ fis-seħħ għal dak it-tul ta’ żmien li inti għażilt. Tista’ tagħżel minn dawn il-perjodi li ġejjin:
  • Ġurnata
  • Jumejn
  • Tlett
  • ijiem
  • Ħamest ijiem
  • Ġimgħa waħda
  • Ġimagħtejn
  • Xahar
  • Xahrejn
  • Tlett xhur
  • Sitt xhur
  • Sentejn
  • Tliet snin
  • Ħames snin

L-imblokk skedat permezz tal-kalendarju jippermettilek tagħżel il-ġurnata meta jibda u jintemm tali mblokk. Dan huwa utli ferm għal dawk il-persuni li jħossu li f’ċerti perjodi partikolari iħossuhom aktar vulnerabbli mis-soltu. Eżempju, hemm imnejn tkun aktar suxxettibbli li tilgħab iżżejjed fi tmiem il-ġimgħa. Forsi tixtieq li r-restrizzjoni tgħalaqlek l-aċċess wara li tkun ħadt il-paga. Jista’ jkun li fil-vaganzi jkollok akar ħin liberu u għalhekk ikollok tendenza li tilgħab iżżejjed. L-aħjar ħinijiet għal restrizzjoni huma varji u individwali għal kull persuna. BetBlocker jippermettilek tippjana bil-quddiem u tpoġġi l-omblokk tiegħek fil-ħinijiet li għandek bżonnu l-aktar.

Għandna l-intenzjoni li nżidu l-karatteristiċi tal-kalendarju biex jippermetti li restrizzjoni titnaqqas għal sigħat speċifiċi ta’ logħob, iżda bħalissa qed nistennew li nakkwistaw fondi biżejjed biex isir dan it-titjib.
Ta’ min nuża Betblocker jekk jiena nħaddan reġistrazzjoni ma’ Gamstop
Iva.

Skemi nazzjonali ta’ esklużjoni bħal Gamstop u Spelpaus huma programmi tajbin li kull ġukatur li qiegħed jissielet mal-vizzju tal-logħob tal-azzard tiegħu għandhu jagħmel użu minnhom (jekk dejjem huma disponibbli f’pajjiżek).

Madankollu, dwan l-iskemi li huma mmexxijin mir-regolatur, huma effettivi biss fejn jirrigwarda dawk l-operaturi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni ta’ tali regolatur. Jeżistu mijiet, jekk mhux eluf ta’ operaturi tal-logħob tal-azzard li joperaw siti qarrieqa mingħajr ma’ jkunu liċenzjati. Li allura ma’ jaqgħux taħt il-protezzjoni tar-regolatur.

Fortunatament, il-protezzjoni li joffri BetBlocker mhux marbut mal-ebda pajjiż partikolari u fil-fatt, nittantaw li nifirxu l-protezzjoni li joffri BetBlocker fuq firxa wiesgħa ta’ siti. Kemm dawk liċenzjati, kif ukoll dawk li mhumiex. Jiġifieri, ankè dawk il-kasinos li mhumiex fuq Gamstop u Spielpaus se jkunu restritti li taċċessahom.

BetBlocker jaħdem f’sintonija ma’ skemi ta’ esklużjoni nazzjonali biex joffrilek l-aħjar protezzjoni meta tħossok l-aktar vulnerabbli.
Possibli nestendi r-restrizzjoni mil-logħob tal-azzard?
Ċertament. Fi kwalunkwè punt waqt li tkun għadek taħt restrizzjoni attiva, tista’ taċċessa BetBlocker u testendi t-tul tar-restrizzjoni tiegħek. Din ir-rikjesta tkun implementata minnufih.
Irrid inwaqqaf lil uliedi milli jaċċessaw siti li fihom kontenut sesswali. BetBlocker jista’ jagħmel dan?
Sa ċertu punt, iva. Illum-il ġurnata jeżistu litteralment mijiet ta’ eluf ta’ siti pornografiċi u għaldaqstant mhuwiex prattiku li niġġeneraw u mmantnu lista komprensiva ta’ dawn is-siti. L-alternattiva għall-ġenerazzjoni ta’ lista bħal din hi li tuża keyword blocker - dan jimblokka kwalunkwè paġna li fiha kliem speċifiċi li huma komunament użati fuq websajts relatati ma’ kontenut pornografiku. Din l-istrateġija tirriżulta f’numru kbir ta’ riżultati ’pożittivi foloz’, siti li jiġu blokkati mingħajr ma’ jkunu assoċjati mal-pornografija, iżda li użaw ċertu kliem li jqarraq bil-key blocker biex jikklassifikah bħala sit pornografiku. Din l-istrateġija hi intrużiva ħafna u tista’ tirriżulta f’ħafna riżorsi edukattivi ta’ kwalità għoljin ma’ jkunux aċċessibbli. Ipprovajna nsibu t-triq tan-nofs billi ma’ nużawx keyword blocker, iżda ħdimna lista b’mijiet ta’ siti b’kontenut pornografiku li huma l-aktar mfittxija fil-paġna ewlenija ta’ Google (bil-lingwa Ingliża). Jeżistu siti li jisbqu oħrajn fejn jirrigwardja volum ta’ kliem ta’ tiftix li jfisser li din il-lista, għad li mhix infallibbli, tirristrinġi l-maġġoranza ta’ dawn it-tip ta’ siti. Naturalment din il-lista mhix eżawrenti, però nħossu li toffri bażi tajba għall-ġenituri biex jipprevjenu lil uliedhom milli jaċċessaw materjal mhux xieraq.
Nista’ neskludi lili nnifsi oltrò minn operaturi tal-logħob tal-azzard?
Dan jiddependi fuq il-pjattaforma li tuża.

Aħna ninkludu lista facoltativa ta’ siti ta’ informazzjoni u reklami relatati mal-logħob tal-azzard li jistgħu jiġu inklużi fil-Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard tiegħek. Dan se jaħdem fuq il-pjattaformi kollha.

Għall-applikazzjonijiet tagħna ta’ Windows/Apple/Linux, nistgħu noffru l-opzjoni li tidħol fi restrizzjonijiet tas-siti personalizzati tiegħek stess, iżda biss meta tuża l-verżjoni lokali tal-blokk. Jekk tagħżel il-verżjoni VPN, restrizzjonijiet personalizzati mhumiex possibbli.

Jekk jogħġbok inkun konxju li kwalunkwe URL li tinkludi fil-Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard tiegħek se jibqa’ blokkata għal tul il-Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard sħiħ. M’għandekx tirtira URLs minn Awto-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Ażżard ladarba tkun attivata.
Il-kompjuter tagħna jituża mil-famija kollha. Nista’ nirrestrinġi lit-tfal tiegħi milli jaċċessaw diversi URLs, iżda xorta jkun possibbli naċċessahom jien?
Iva. Meta twaqqaf għall-ewwel darba l-Kontroll tal-Ġenituri, inti tkun rikjest toħloq password. Ladarba r-restrizzjoni tiegħek tkun attivata, kulma trid tagħmel hu li tiftaħ l-App u ddaħħal il-password biex titfi r-restrizzjoni. B’dan il-mod jista’ jkollok ir-restrizzjoni tiegħek attiva waqt li t-tfal tiegħek ikunu onlajn u titfiha meta tkun trid tibbrawżja.
X’tip ta’ informazzjoni tiġbru rigward l-utenti tas-servizz?
Aħna ma niġbdux l-ebda informazzjoni personali dwar l-utenti tagħna. Dan is-servizz jintuża b’mod kompletament anonimu. Aħna ma niġbdux indirizzi elettroniki, numri tat-telefoni, ismijiet jew kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tintuża biex tidentifika l-utenti tagħna.

Aħna nifhmu li r-redditiżmu mill-logħob tal-azzard jista’ jkun affarijiet imbarazzanti li wieħed jiffaċċja. Għalkemm aħna kuntenti li ngħinuk, m’għandniex bżonn inkun nafu min int.

Aħna niġbdu dati anonimi – kemm utenti qed ikunu involuti fl-għodda f’kull ħin u l-marka u l-mudell tal-apparat (meta jiġu kkontattjati permezz tal-karatteristika ta’ appoġġ fl-applikazzjoni). Din l-informazzjoni tintuża biex tgħin lill-kumpanija tagħna tiġbor fondi (donaturi potenzjali spiss iridu jkunu jafu kemm persuni qed jużaw is-servizz) u biex tindirizza talbiet ta’ appoġġ tal-utenti b’mod l-aktar effiċjenti.
Jekk ninsa l-password tiegħi, kif nista’ nerġa’ nissettjaha?
Sfortunatament m’hemm l-ebda mod kif tirrisettja l-password tiegħek. Aħna fassalna dan is-servizz biex niġbru l-inqas informazzjoni possibbli dwar l-utenti tagħna. Dan jinkludi li ma’ jinġabrux indirizzi tal-imejl. Peress li ma niġbrux l-indirizz elettroniku, ma nistgħux nibagħtu imejls biex il-password tiġi risettjata.

Peress li mhux possibli tirrisettja l-password tiegħek, huwa importanti li tiftakar u żżommha sigura f’każ li tiġi bżonnha.

Ftakar li l-uniku utent li jkollu bżonn password hu utent li jagħżel Esklużjoni għal Dejjem u sussegwentement irid ineħħi l-Esklużjoni tiegħu wara ħames snin jew utenti tal-Kontroll tal-Ġenituri u dawk ir-restrizzjonijiet jitneħħew awtomatikament meta jintemm il-perjodu ta’ esklużjoni magħżul.
Għaliex għandi nagħżel perjodu ta’ żmien għall-Kontroll tal-Ġenituri?
L-app BetBlocker hi primarjament maħsuba biex tgħin lil-lagħba problematiċi jikkontrollaw il-vizzju tagħhom. Sfortunatament, ċerti promoturi bla skrupli fi ħdan l-industrija tal-logħob tal-azzard ripetutament ipoġġu fil-mira tagħhom lil dan il-grupp ’ individwi tant vulnerabbli minħabba li għalihom jitqiesu ta’ ’valur għoli’. Din it-tip ta’ attività ċinika, immorali, u f’xi każijiet illegali tfisser li aħna ma niġbru l-ebda informazzjoni personali (dettalji ta’ kuntatt) mill-utenti ta’ BetBlocker. B’dan il-mod, aħna niżguraw li ma nistgħux niġu akkużati li nużaw BetBlocker biex niġbru listi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal attivitajiet mhux xierqa, u anke jekk is-sistemi tagħna kellhom jiġu iħħekjati, min ikun iħħekkja ma’ jistax jikseb informazzjoni ta’ kuntatt ta’ individwi li qegħdin jipprovaw jipprevjenu lilhom infushom milli jilagħbu logħob tal-azzard. Konsegwenza ta’ dan madankollu hija li ma nistgħux nirrisettjaw il-password tiegħek. Mingħajr indirizz elettroniku biex tikkonferma l-identità tal-persuna li titlob ir-reset tal-password, ma nistgħux nikkonfermaw li l-persuna li qed tuża l-App hija l-listess persuna li qed tfittex li tneħħi r-restrizzjoni. Għal din ir-raġuni l-Kontrolli tal-Ġenituri jeħtieġu li jintagħżel tul ta’ restrizzjoni. Fi tmiem il-perjodu ta’ restrizzjoni magħżul ir-restrizzjonijiet jitneħħew awtomatikament. Dan ifisser li anke jekk tinsa l-password tiegħek, ir-restrizzjonijiet xorta jistgħu jitneħħew billi sempliċiment tistenna sakemm il-perjodu ta’ restrizzjoni jkun għadda.
Ir-Restrizzjoni mil-Logħob tal-Azzard tiegħi se titneħħa awtomatikament fi tmiem il-perjodu ta’ esklużjoni magħżul minni?
Dan jiddependi mit-tul tal-esklużjoni li għażilt:
Jekk tagħżel 24 siegħa, jumejn, tlett ijiem, ħamest ijiem, ġimgħa, ġimagħtejn jew xahar, l-esklużjoni tiegħek tiġi fi tmiemha hekk kif jintemm il-perjodu li tkun għażilt.

Jekk tagħżel xahrejn, tiet xhur, sitt xhur, sena, sentejn, tliet snin jew ħames snin, l-eskluzjoni tibqa’ għaddejja għal żmien indefinit sakemm ma’ twaqqafhiex int.

Fejn il-perjodu ta’ restrizzjoni tiegħek ikun ġie fi tmiemu u tagħżel li twaqqfu, ir-restrizzjoni tibqa’ fis-seħħ għal ġimgħa oħra. Dan jissejjaħ ’Cooling Off Period’ u huwa maħsub biex jiżgura li ma’ tkunx qed taġixxi fuq impuls potenzjalment ta’ ħsara. Fi kwalunkwè punt matul il-Perjodu Cooling Off, tista’ testendi r-Restrizzjoni tal-Logħob tal-Azzard tiegħek, u r-restrizzjoni ma’ tintemmx. Jekk ma’ testendix r-Restrizzjoni mil-Logħob tal-Azzard tiegħek matul il-Perjodu ta’ Cooling Off ir-restrizzjonijiet jitneħħew awtomatikament fi tmiem il-Perjodu ta’ Cooling Off ta’ ġimgħa.
Nista’ nestendi l-perjodu ta’ restrizzjoni tiegħi?
Iva. Fi kwalunkwè punt waqt li jkollok restrizzjoni attiva tal-Kontroll tal-Ġenituri fis-seħħ, tista’ tidħol f’BetBlocker u testendi t-tul ta’ restrizzjoni. Dan se jiġi implimentat immedjatament.
BetBlocker kif se jaffettwa l-konsum tal-batterija tal-apparat teknoloġiku?
Wettaqna xi testijiet biex naraw x’impatt jista’ jkollu BetBlocker fuq il-prestazzjoni tal-apparat waqt li dan ikun qed jopera. Ir-riżultati dettaljati jinsabu hawn taħt. Żomm f’moħħok li dawn huma testijiet ġenerali ħafna biex ikollna idea tal-impatt. L-esperjenza tiegħek jaf tkun differenti ferm skond l-apps li qed jaħdmu fuq l-apparat tiegħek, it-tip ta’ mudell, kif ukoll l-għamla u d-daqs tal-batterija tiegħek.

Android (Daqs tal-batterija 3000mah)

1. Modalità attiva - L-ittestjar tagħna wera li waqt li BetBlocker huwa attiv u t-telefon qed jintuża kontinwament biex jibbrawżjaw l-internet u jilagħbu l-logħob virtwali, il-ħajja tal-batterija kienet ta’ 14-il siegħa. Taħt l-istess kundizzjonijiet mingħajr BetBlocker attiv, il-ħajja tal-batterija kienet ta’ 15-il siegħa u 30 minuta. Dan huwa ekwivalenti għal madwar 10% tnaqqis fil-ħajja tal-batterija.
2. Modalità Sleep - L-ittestjar tagħna wera li waqt li BetBlocker huwa attiv u t-telefon mhux qed jintuża (huwa mixgħul, iżda mhux jintuża b’mod attiv) il-batterija titbattal f’96 siegħa. Taħt l-istess kundizzjonijiet il-ħajja tal-batterija waqt li BetBlocker ma’ kienx attiv kien ta’ 97 siegħa. Dan huwa ekwivalenti għal madwar 1% tnaqqis fil-ħajja tal-batterija.
Kif jitqabblu r-restrizzjonijiet offruti minn BetBlocker ma’ dawk rikjesti mid-diversi awtoritajiet regolatorji tal-logħob tal-azzard onlajn?
Ir-restrizzjonijiet offruti minn BetBlocker jirrappreżentaw l-aktar restrizzjonijiet b’saħħithom meħtieġa mil-Kummissjoni tal-Logħob tal-Azzard tar-Renju Unit (UKGC) u l-Awtorità Maltija tal-Logħob (MGA) f’daqqa:
Kif meħtieġ mil-UKGC, esklużjoni mil-logħob tal-azzard awtomatikament timpedilek l-aċċess mid-ditti proprjetarji kollha taħt tali liċenzja (u eluf oħrajn li jappartjenu lill-operaturi oħrajn).
Kif meħtieġ mil-UKGC, restrizzjoni ta’ aktar minn sitt (6) xhur ma’ tistax titneħħa sakemm ikun għadda t-terminu magħżul.
Kif meħtieġ mill-UKGC, ir-Restrizzjoni mil-Logħob tal-Ażżard ta’ aktar minn sitt xhur (fil-fatt napplikaw dan minn xahrejn ’il fuq) titħalla f’postha awtomatikament kif jintemm il-perjodu ta’ esklużjoni, u tista’ titneħħa biss permezz ta’ talba espliċita.
Kif meħtieġ mill-MGA, il-perjodu ta’ cooling off inforzat wara li ssir talba biex titneħħa restrizzjoni mil-logħob tal-azzard hi ta’ sebat ijiem sħaħ qabel tali restrizzjoni tkun imneħħija.
Kuntatt mas-Sapport
- Kif nista’ nikkuntattja t-tim ta’ appoġġ tiegħek?
Tista’ tibgħat email lilna fuq [email protected], uża l-formola fuq din il-paġna jew uża l-karatteristika "Ikkuntattjana" fl-app.

- Kemm se tieħu biex nirċievu risposta?
Dan jiddependi fuq numru ta’ fatturi.
BetBlocker huwa organizzazzjoni ta’ benefiċċju u aħna nkanalizzaw kemm nistgħu minn fondi tagħna biex inżommu u ntejjbu s-servizz biex nipproteġu l-utenti tagħna. Il-ħaddiema huma l-ispejjeż l-ikbar għal organizzazzjoni ta’ benefiċċju żgħira bħal tagħna, u aħna nippruvaw inżommu n-numru ta’ nies impjegati baxx biex niżguraw li l-fondi jibqgħu disponibbli biex nagħmlu l-emendi meħtieġa.

It-Tim ta’ Appoġġ tal-Utenti tagħna huwa żgħir. Se nippruvaw nirrispondu għat-talba tiegħek fi żmien 24 siegħa, iżda l-ħinijiet ta’ risposta jistgħu jvarjaw skont diversi fatturi, inklużi l-volumi ta’ talbiet ta’ appoġġ li qed nirċievu u l-eżistenza ta’ membru tat-tim li jista’ jirrispondi.

- Kont kkontattja l-appoġġ, għaliex ma rċevejtx risposta?

Jekk ma tirċevix risposta xejn, il-possibbiltajiet huma li tuża l-formola web tagħna jew il-karatteristika "Ikkuntattjana" u tteħiditx nota li ma inkludejtx indirizz elettroniku biex nikkuntattjawkom. Jekk jogħġbok ibgħat email direttament lilna fuq [email protected].

Jekk ma toffrix indirizz elettroniku, aħna nirċievu l-messaġġ tiegħek iżda ma nkunux nistgħu nirriskondu.

Peress li nirċievu kuntatti regolari minn utenti li sempliċement qed ifittxu li nitolbu biex naħdmu URL fil-lista tar-restrizzjoni jew biex nirringrazzjawna għall-app, aħna nippruvaw kemm nistgħu li ma jiġbru l-ebda informazzjoni fuq dawk l-utenti. Madankollu, dan ifisser li jekk għandek bżonn risposta, għandek bżonn tgħidilna fejn nirriskondu.
Persuna oħra installat BetBlocker fuq it-tagħmir elettroniku tiegħi. Tistgħu tneħħuħ?
Sfortunatament mhux se nneħħu BetBlocker minn fuq it-tagħmir tiegħek sakemm il-perjodu ta’ restrizzjoni magħżul jgħaddi. Filwaqt li nifhmu li tista’ tinsab frustrat ħafna li xi ħaddieħor attiva l-esklużjoni għan-nom tiegħek, m’hemm l-ebda mod biex naċċertaw ruħna min aċċetta t-termini tal-użu. Fejn xi ħadd installa BetBlocker fuq tagħmir elettroniku jkollna nassumu li huma s-sid tal-apparat jew inkella li huma awtorizzati li jeffettwaw din l-esklużjoini.
Iddeċidejt li nbigħ it-tagħmir elettroniku tiegħi. Tistgħu tgħinuni nneħħi BetBlocker minn fuqu?
Sfortunatament, le, mhux se nneħħu Betblocker sakemm iż-żmien ta’ restrizzjoni jkun għadda. Meta tattiva BetBlocker, inti taċċetta termini tal-użu fejn espliċitament jingħad li inti mhux se tkun tista’ tneħħi r-restrizzjoni sakemm il-perjodu jkun konkluż. Dan hu wkoll emfasizzat waqt il-proċess ta’ attivazzjoni. Hekk kif aħna kuntenti li nissapportjaw biex insolvu kristjonijiet tekniċi, mhux se nwaqqfu l-app sakemm r-restrizzjoni magħżula ma tkunx konkluża.
Problemi Tekniċi
- Għandi problema teknika, se t-tim tiegħek jneħħi l-app għalija?
Bl-eluf ta’ kombinazzjonijiet ta’ softwer, hardwer u netwerk li qed jintużaw illum, minn żmien għal żmien xi utenti jistgħu jesperjenzaw problemi tekniki ma’ BetBlocker. Għalkemm aħna se nkunu aktar minn kuntenti li jkollna t-Tim ta’ Żvilupp tagħna jinvestiga l-problema tiegħek u jipprovdi soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr, dan jista’ jieħu ftit żmien. Aħna ma nneħħux l-app sakemm ma jkunx hemm mod ieħor biex issolvi l-problema tiegħek.

- Ma rridx nistenna biex tirrisolvi problema teknika, għaliex ma tneħħux l-app issa?
BetBlocker huwa għodda maħsuba speċifikament biex tikkontrolla l-utenti li jħossu li l-aċċess għall-servizzi tal-azzard qed jagħmel ħsara lill-ħajjithom minn li jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi tal-azzard. Għal persuni b’tendenzi kompulsivi relatati mal-azzard, li jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi tal-azzard onlajn għandha l-potenzjal li tikkawża ħsara estensiva lill-ħajjithom fi żmien qasir.

Fl-aħħar tal-ġurnata, ibbażat fuq il-funzjoni prinċipali tal-għodda tagħna, il-prijorità tagħna għandha tkun li nrestrinġu l-aċċess għall-servizzi tal-azzard qabel xejn. Dan ifisser li minn żmien għal żmien xi utenti jistgħu jkunu frustrati meta jiġu affettwati minn bug li jieħu ftit żmien biex nirrisolvuh? Iva. Iżda għandna nagħmlu ġudizzju dwar x’ħaġa hija l-ħażin iżgħar: li nħallu dawn l-utenti frustrati waqt li nirrisolvuh il-problema, jew li nespongu l-utenti kollha tagħna għas-servizzi tal-azzard li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw ħsara kbira lill-ħajjithom sempliċement billi jsostnu li għandhom problema teknika. M’hemm l-ebda għażla tajba li nistgħu nagħmlu f’dawn iċ-ċirkostanzi – ma’ x’għandna nagħmlu xi nies se jispiċċaw infelici - iżda huwa aħjar li naqdu xi frustrati milli potenzjalment nagħmlu azzjonijiet li jistgħu jirriżultaw fi ħsara sinifikanti għal ħajjiet l-utenti tagħna.

Is-severità tal-problema tal-utent m’għandhiex tkun xi ħaġa li għandna l-ambitu li nagħmlu stima tagħha. Għandna ntrattaw il-problemi tal-kull utent bħala serji irrispettivament minn x’jgħidu waqt li jippruvaw jiksbu l-servizz imneħħi.

Aħna ma nħobbux u lanqas ma nixtiequ nwasslu frustrazzjoni lil xi utent, iżda nistgħu nitolbu li tifhem li l-kawża ta’ frustrazzjoni hija l-għażla ta’ riskju iżgħar u ħafna preferibbli għal xi ħadd li fl-aħħar mill-aħħar tilef flus li ma jistax jiflaħ li jitlef għax ppruvajna nżommuhom kuntenti fil-qasir minflok nagħmlu l-għażla diffiċli.
Netwerk Lokali
Xi verżjonijiet ta’ BetBlocker jutilizzaw VPN biex isaħħu r-restrizzjoni meħtieġa. Filwaqt li jeżistu xi kumplessitajiet speċifiċi fis-setup għall-iskop ta’ ’netwerks lokali’, it-tagħmir tiegħek ikun qed jidher li qed jaċċessa mis-server VPN tagħna, mhux konnessjoni lokali. Bħala tali, int mhux se tkun rikonoxxut bħala parti min-netwerk lokali u mhux se tkun tista’ taċċessah. Dan ifisser li hemm mnejn li ma tkunx tista’ taċċessa tagħmir ieħor fuq in-netwerk lokali - bħal per eżempju printers. M’hemm xejn li nistgħu nagħmlu biex nindirizzaw dan. Għal xi pjattaformi, l-użu ta’ VPN huwa l-uniku mod biex tiġi inforzata r-restrizzjoni mitluba.
Ara l-Mistoqsijiet Komuni Kollha